Il-kantanta magħrufa Kaya Gouder Curmi qasmet messaġġ emozzjonanti fuq îl-paġna uffiċjali tagħha sabiex propju llum tawgura l-isbaħ xewqat f'għeluq snin lill-parrina tagħha, il-kantanta Gaia Cauchi.
"Happy Birthday to my beautiful Godmother", kitbet Kaya fil-bidu tal-messaġġ tagħha. Hija kompliet tgħid li xi persuni jidħlu f’ħajjitna u jsiru tant importanti li xi drabi jkun diffiċli nsibu l-kliem eżatt biex nesprimu kemm dawn verament ifissru għalina.
Kaya fissret kif Gaia għandha post speċjali f’qalbha, post li la d-distanza, la ż-żmien u lanqas iċ-ċirkostanzi ma jistgħu jbiddlu. Kliemha juri kemm tapprezza r-rabta ta' bejniethom. Fl-awgurju tagħha, Kaya żiedet tgħid "Jalla l-ħajja tkun ġentili miegħek, li l-mumenti ta’ dwejjaq qatt ma jdumu u li x-xewqat tiegħek jsiru realtà. Grazzi wkoll għall-imħabba tiegħek u talli inti parti kbira minn ħajti."
Iż-żewġ kantanti għandhom ukoll rabta komuni mad-dinja tal-Junior Eurovision. Gaia rebħet il-kompetizzjoni fl-2013, filwaqt li Kaya rrappreżentat lil Malta fl-2021 flimkien ma’ Ike Mizzi.
Awguri mill-qalb lill-kantanta lokali Gaia!
Facebook/ Kaya Gouder Curmi