“Kemm Aħna Kburin Bik!” – L-MP Stanley Zammit Lil Bintu Tereża Fl-Okkażjoni Tal-Gradwazzjoni Tagħha

Mument ta’ ferħ u kburija għall-Membru Parlamentari Stanley Zammit hekk kif bintu Tereża ċċelebrat il-gradwazzjoni tagħha! Permezz ta’ messaġġ qasir iżda mimli mħabba fuq il-mezzi soċjali, Stanley esprima kemm hu u l-familja tiegħu jinsabu kburin b’din il-kisba importanti f’ħajjet binthom.

"Igradwajtilna, Tereża! Prosit tassew, binti, u awguri! Kemm aħna kburin bik! Kun imbierka," kiteb Stanley. Il-gradwazzjoni hija mument speċjali li jimmarka l-frott ta’ snin ta’ studju, dedikazzjoni u sagrifiċċji, u bla dubju hija wkoll okkażjoni ta’ ferħ għall-ġenituri li jaraw lil uliedhom jilħqu tragward importanti.

Minn Gwida.mt ningħaqdu mal-awguri lil Tereża għal din il-kisba sabiħa u nawgurawlha ħafna aktar suċċessi fil-futur!

Ritratt:

Facebook / Stanley Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI