L-Uffiċju Meteroloġiku Jbassar Xi Ħalbiet Tax-Xita Minn Nofs Il-Ġimgħa D-Dieħla

Din is-sena x-xahar ta' Novembru ftit li xejn offra temp tipiku xitwi. Dan hekk kif ix-xahar kien iddominat minn temperaturi ogħla mill-medja li s-soltu tintlaħaq f'dan iż-żmien tas-sena kif ukoll nuqqas sostanzjali ta' xita.

Matul dawn l-aħħar jiem, għadd ta' bassara tat-temp bdew jantiċipaw li proprju nhar il-Ġimgħa li ġej se jkun hemm bidla sinifikanti fit-temp, hekk kif antiċiklun Afrikan se jiddgħajjef u għaldaqstant it-temperaturi se jiffriskaw xi ftit.

Issa l-Uffiċju Meteroloġiku Malti qiegħed ibassar ukoll li bejn il-Ħamis u s-Sibt il-ġimgħa d-dieħla, diversi ħalbiet tax-xita se jkunu qed jolqtu l-gżejjer Maltin imżewqa wkoll b'riħ li jaf jilħaq il-qawwa ta' forza 6.

Ftit ġimgħat oħra jibda l-istaġun xitwi f'pajjiżna.

Ritratt:

L-Uffiċju Meteroloġiku ta’ Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI