Tinħareġ Twissija Ta’ Riħ Qawwi Li Jaf Jilħaq Il-Forza 8 Għal Għada Matul Il-Ġurnata Kollha

Is-sit 'Maltese Islands Weather' għadu kif ħareġ twissija ta' riħ qawwi li jaf anke jilħaq il-forza 8 għal għada matul il-ġurnata kollha.

Minħabba dan ir-riħ qawwi, il-baħar mistenni jkun imqalleb mhux ħażin matul il-ġurnata bil-mewġ se jkun qed jogħla għal madwar tlett metri u nofs f'ċerti istanzi, skont it-tbassir ta' dan is-sit.

F'dan l-isfond, il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jevita li jipparteċipa f'attivitajiet qrib il-baħar, b'mod speċjali f'ċerti nħawi ta' pajjiżna fejn il-baħar se jkun l-iżjed qalil.

Ir-riħ imbagħad mistenni jibda jbatti gradwalment matul l-Erbgħa.

Ritratt:

Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI