“Kumment Bla Sens, Imma Messaġġ Li Jrid Jingħata Għax Dawn Il-Kummenti Hemm Bżonn Jieqfu” – Ryan U Josmar

Ryan u Josmar

Ryan u Josmar huma personalitajiet li kontinwament joħolqu atmosfera ta' ferħ u ċertament li anke bis-sehem tagħhom fil-midja, joffru kumpanija mill-isbaħ lin-nies. Tip ta' persuni dħulin u jħobbu lil kulħadd.

Din id-darba fil-post li qasmu xtaqu jiġbdu ftit l-attenzjoni dwar kumment li hemm fuq il-midja soċjali. Jagħmluha ċara li ssoltu ma jikkummentawx dwar dak li jingħad fuq il-midja soċjali, iżda ħassew il-bżonn li jiġbdu ftit l-attenzjoni, speċjalment fi żmien fejn dejjem nitkellmu favur is-saħħa mentali.

"Kumment bla sens, imma messaġġ li jrid jingħata għax dawn il-kummenti hemm bżonn jieqfu," jgħidu Ryan u Josmar. "Ejja nikbru u ejja nkunu aktar pożittivi," iżid Ryan.

Ritratt:

Facebook/ Ryan u Josmar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI