Raġel Jitlef Ħajtu Wara Li Sab Ruħu F’Diffikultà Fil-Baħar F’Tas-Sliema

Traġedja f’Tas-Sliema hekk kif persuna tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultà fil-baħar fl-inħawi ta’ Qui-Si-Sana.

Fi stqarrija, l-Forzi Armati ta’ Malta spjegaw li ċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ irċieva telefonata għall-għajnuna u ntbagħtet lanċa sabiex tinbeda operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ.

Minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli tal-baħar il-persuna nstabet, ittellgħet mill-baħar u ngħatat f’idejn tim mediku fuq l-art. Membri tal-Korp tal-Pulizija u tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew ukoll fl-operazzjoni.

Sfortunatament, minkejja l-isforzi ta’ dawk kollha involuti fis-salvataġġ il-persuna ġiet iċċertifikata mejta.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI