Nerissa U Katherine – Il-Kuġini Tar-Reġina Eliżabetta Li Ġew Moħbija F’Istituzzjoni Għax Kellhom Diżabilità

Nerissa u Katherine Bowes-Lyon kienu kuġini tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, ulied ħu ommha. Twieldu fl-1919 u fl-1926 rispettivament, u kienu jbatu minn diżabilità intellettwali severa. Meta kellhom biss 15 u 22 sena ġew istituzzjonalizzati fl-isptar Royal Earlswood Hospital, sptar fejn fih ġew irrappurtati kundizzjonijiet deplorabbli.

Wara dan, ġew letteralment minsija u mħassra minn rekords uffiċjali ta’ familthom. Infatti, ġew iddikjarati mejta madwar l-1940, u l-verita dwarhom ħarġet biss fl-1987 meta investigaturi sabuhom ħajjin fl-istess istituzzjoni. Ġie kkonfermat ukoll li għal diċenji sħaħ ma mar iżurhom ħadd.

L-unika kummenti tal-familja rjali kienet li din hija ħaġa privata, iżda hija ħaġa evidenti li għalkemm dawn twieldu fost waħda mill-aktar familji b’saħħithom fid-dinja, xorta ġew imwarrba għas-sempliċi raġuni li huma differenti.

L-istorja tagħhom kienet ħaġa sinonima f’ħafna pajjiżi, fejn nies b’diżabilta kienu jiġu moħbija.

Jistrieħu fis-sliem.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI