Timea tista’ tgħid li kienet l-iktar waħda li ħolqot emozzjoni llejla! Bil-prestazzjoni ta’ diska mill-isbaħ moderna u riċenti, Time bellhet sala sħiħa. Il-ġurija u l-udjenza fehmu kull kelma li kantat u ħassewha!
Timea bla ebda dubju tieħu siġġu, u l-udjenza tassew tħobb lil din il-kontestanta. Ir-reazzjonijiet kienu ta’ barra minn hawn, u llejla kienet l-iktar għażla faċli għal Ivan jekk jagħtix siġġu jew le! Brava Timea!
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.