Ritratt ta’ illużjoni optika mar viral fuq Facebook, wara li ħalla lil dawk li rawh iħossuhom diżorjentati u konfużi. L-immaġni turi dak li jidher bħala figura miexja f’xi bosk. Ħafna nies bdew jikkummentaw biex jaraw x’jista’ jkun.
L-istampa ħasdet lil eluf ta’ nies, li bdew jiddibattu bil-qawwa. Kien hemm min qali li r-ritratt hu ta’ figura żgħira sejra fil-bosk liebsa backpack – fil-fatt, anke jien hekk ħsibt sakemm mhux xi annimali stramb li qatt ma deher jew xi ħadd libes xi kostum.

Ritratt: Facebook / Hayley Owen Personal Travel Agent
Madankollu, wara li ħarist lejn ir-ritratt sew u aktar mill-viċin, infaqjt nidħak għax huwa ċar li l-istampa fil-fatt turi kelb iswed li qed jiġri lejn il-kamera. Kelb tassew ħelu li donnu ħadd ma rrealizza bih u malajr kulħadd beda bit-teoriji tiegħu!
Tajba din! Int x’rajt eżatt?
Facebook / Hayley Owen Personal Travel Agent