Is-surmast Lelio Spiteri qasam filmat meħud ilbieraħ waqt iż-żjara li għamlet l-E.T. Il-President Myriam Spiteri Debono fl-iskola tal-Happy School f’Għawdex.
“Kemm hija persuna umana! Din hija l-President Myriam Spiteri Debono! Ilbieraħ għamlet żjara fl-iskola tagħna bħala parti mill-kampanja Piggy Bank, attività nazzjonali fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex bil-għan li tqajjem għarfien u kuxjenza fost it-tfal u l-adoloxxenti tagħna għall-għajnuna b’risq tfal u familji fil-bżonn.”
Lelio apprezza ferm kemm staqsietu dwar kif sejjer fl-iskola l-ġdida u minn qalbha riedet taċċerta ruħha li kollox sew.
“Kif daħlet l-iskola u ltaqgħet mal-mistednin u l-edukaturi, staqsiet lit-tfal kif sejrin fl-iskola l-ġdida u jekk jippreferux il-Vajrinġa jew l-iskola l-ġdida. Kienet ferm attenta għal kull kelma li qalu l-istudenti. L-att uman ta’ din il-President jispikka sew.”
Żjara sabiħa u li żgur l-istudenti u l-istaff kollu apprezza!