Bħalissa ġewwa pajjiżna hemm bosta rħula fejn fihom qed jiġu rrappurtati każijiet ta’ valenu tal-qtates fit-triqat. Naturalment, bosta qtates qed jisfaw maqtula krudilment. S’issa għadhom ma ġewx irrappurtati passi fil-konfront ta’ dawk li qed iwettqu dan ir-reat.
Din hija sitwazzjoni inkwetanti fiż-żewġ gżejjer, fejn fost l-oħrajn nies fuq il-midja soċjali tkellmu li fix-Xewkija Għawdex kien hemm valenu tal-qtates ġewwa ġnien partikolari.
Riċentament, il-paġna Malta, News, Photos and People qasmu mas-segwaċi tagħhom ritratti tal-qsim il-qalb ta’ qtates mejta ġewwa s-Siġġiewi wara li sfaw maqtula bil-valenu. Ir-ritratti ttieħdu f’Ta Rangu ġewwa s-Siġġiewi.
Nittamaw li dawk li qed iwettqu dawn l-atti kriminali, li qed joqtlu b’mod krudili annimali innoċenti għal xejn b’xejn, jaffaċċjaw il-liġi u jieħdu dawk li ħaqqhom.