Fuq il-paġna tagħha, Ira losco żvelat l-ewwel ritratt taċ-ċkejkna GiGi! Ira rringrazzjat lill-organizzazzjoni tal-isptar Mater Dei b'mod speċjali lil Dr Sant, Dr Drake, Dr Kristol u Chanelle li kienet il-qabla ta' Ira. "Intom kollha tal-ġenn" qalet Ira. Dalgħodu Ira qamet fil-5:30 ta' filgħodu sabiex tiprepara għall-wild taċ-ċkejkna tagħha GiGi.
Fl-2016, Ira u Sean kellhom l-ewwel wild tagħhom, Harry. Dak iż-żmien Ira kienet għadha kemm irrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Jidher li Novembru ser ikun xahar għal qalb ħafna ta' din il-familja hekk kif jiċċelebraw ukoll l-anniversarju tagħhom. Proprju s-sena l-oħra fi 30 ta' Novembru, Ira u Sean kienu żżewġu.
Nawguraw lill-famiilja Gravina Losco l-isbaħ xewqat.