Bil-Filmat: Britney Spears Tissorprendi Lil Kulħadd Bl-Aħbar Li Tgħarrset Lill-Maħbub Tagħha Sam!

Il-kantanta ta’ fama mondjali ta’ 39 sena għadha kif ħabbret sorpriża ħelwa għas-segwaċi kollha tagħha! Hi ppubblikat filmat fuq il-profil tagħha ta’ Instagram li hi u l-maħbub tagħha Sam Asghari tgħarrsu! Għamlet dan billi wriet iċ-ċrieket tal-għerusija tagħhom waqt filmat li ġibdu u anke ritratt partikolari.

Il-koppja kienu ltaqgħu waqt il-ġbid ta’ vidjo mużikali fl-2016. Huma koppja moderna immens hekk kif fuq il-midja soċjali jitfgħu diversi kontenut flimkien, bħal filmati, ritratti u mumenti ħelwin mill-ħajja ta’ kuljum!

Din l-okkażjoni mill-isbaħ hi l-ewwel deċiżjoni libera li ħadet il-kantanta Amerikana minn wara li kisbet l-indipendenza u missierha ma għadx għandu kontroll fuq ħajjitha.

Minn qalbna nawguraw lil Spears u lil Sam l-isbaħ xewqat!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI