L-AFM B’Sejħa Għas-Suldati Mużiċisti – Taf Lil Xi Ħadd?

L-AFM għadha kif nediet sejħa għas-suldati, però għamlet aċċen partikolari għal appikanti li jafu jdoqqu xi strument jew ikantaw! Hemm numru ta’ strumenti imsemmija u meta wieħed jara l-filmat, il-preċiżżjoni u t-teknika bla ma jrid jitħajjar. L-AFM tagħti numru ta’ spettakli matul is-sena, f’ċelebrazzjonijiet varju fejn ħafna minnhom ikunu jistgħu jitgawdew mill-poplu Malti!

Taf idoqq il-klarinett, il-flawt, l-oboe, il-bassun, il-pjanu, il-kitarra il-kontrbaxx jew oħrajn? Milli jidher kull strument hu importanti għall-AFM! Sejħa li żgur ħa tattira numru ta' professjonisti mill-kamp mużikali! Il-mużika hi vokazzjoni u li sservi għal pajjiżek vokazzjoni akbar.

It-tnejn jirrikjedu passjoni kbira u li tgħaqqad it-tnejn f’daqqa żgur li hu privileġġ. Il-filmat ikolli nistqarr jitkellem waħdu, u ma tantx hemm ħafna aktar x’wieħed jgħid! Jekk taf lil xi ħadd li forsi jkun interessat, aqsam dan l-artiklu miegħu. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn hawn.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI