“Meta Kont Tellajt Dan Ir-Ritratt, Kont Nixxennaq U Noħlom Li Xi Darba, Dak Li Hu Tal-Poplu Jerġa’ Jingħata Lura Lill-Poplu.” – Glen Ciantar

Glen Ciantar mhux l-ewwel darba li qasam proposit dwar kif jimmaġina ċertu postijiet f’Malta. Fosthom kien hemm Manoel Island, li dejjem immaġinah bħala park bis-siġar fejn dak li jkun jista’ jgawdih mal-familja.

Glen jikteb, “Meta kont tellajt dan ir-ritratt, kont nixxennaq u noħlom li xi darba, dak li hu tal-poplu jerġa’ jingħata lura lill-poplu. Din il-ħolma, grazzi għalikom u għas-sapport tagħkom, ser issir realtà!”

Hu jżid, “Ma jimpurtax jekk il-politiċi jirrealizzaw li żbaljaw – kulħadd jista’ jiżbalja. L-importanti hu li ma nibqgħux naffgu fuq l-istess żball, imma nagħrfuh, ngħidu li żbalajna, u nsewwuh. Is-sewwa rebaħ! Il-poplu rebaħ!”

Glen ittemm jgħid, “Kif dejjem ngħidilkom: meta Malta tkun magħquda, m’hemm xejn li jista’ jwaqqafna.”





Facebook / Glen Ciantar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI