Kiseb il-popolarita bħala parti mill-band The Characters, u riċentament The Rifffs, nistgħu nqisu lil Ray Mercieca bħala ikona fix-xena tal-mużika Maltija. Fix-xhur li għaddew rajna lil Ray bħala wieħed mill-ġurija fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta. Flimkien ma’ The Rifffs, Ray se jkun qed jgħati prestazzjoni waqt Earth Garden, festival li jsir kull sena, b’5 żoni li joffru ġeneri differenti ta’ mużika u 120 artist fuq medda ta’ erbat ijiem.
Minn kuntratt ma’ kumpanija tal-mużika internazzjonali, għall-quċċata tal-lista Brittanika ta’ mużika alternattiva, The Rifffs tista tgħid huma l-ikbar band hawn Malta fil-ġeneru ta’ Ska. Matul iż-żmien ħarġu 2 albums, Moonstomp fl-2009 u Can’t Stop The People fl-2014. The Rifffs ser ikunu qed jagħtu l-prestazzjoni tagħhom f’Earth Garden għada l-Ġimgħa fit-20:25.
Ftit mill-ħafna bands li ser naraw waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Earth Garden huma:
Xtruppaw
B'taħlita ta' punk-rock, metal u għana, Xtruppaw ser ikunu qegħdin jagħtu l-prestazzjoni tagħhom illejla (il-Ħamis) fl-21:45
Tribali
13-il sena ta' mużika u briju, mhux biss f'Malta iżda f'diversi pajjiżi fostom il-Ġermanja, Turkija u Awstralja, tista tgawdi l-mużika ta' Tribali għada l-Ġimgħa fil-17:00
215Collective
Grupp pjuttost riċenti fix-xena, Caro, Yannick u Eddie Fresco, li qed joħorġu materjal kemm bħala grupp u anke bħala solisti, 215Collective u s-suċċessi tagħhom ser ikunu f'Earth Garden nhar is-Sibt fit-15:00
Earth Garden beda llum fil-17:00 u jibqa’ għaddej sal-ħinijiet bikrin tat-Tnejn filgħodu. Ara l-programm sħiħ hawn: www.earthgarden.com.mt
Facebook / @EarthGardenFestival