Il-kantanta lokali Lyndsay u l-maħbub tagħha Keith laqgħu fi ħdanhom lill-għażiża binthom Jenny. Hi ħabbret dan ilbieraħ filgħaxija fuq il-mezzi soċjali tagħha.
Hi tikteb, “Merħba fid-dinja lit-tarbija Jenny! Aħna tassew mimlijin ferħ li nħabbru li l-familja tagħna issa hija kompluta bl-wasla tat-tarbija tagħna llum! Grazzi mill-qalb lill-istaff dedikat fl-Isptar Mater Dei, inklużi l-infermiera, il-qwiebel u t-tobba, b’mod speċjali lill-ginekologu tagħna Dr. Mario Refalo għall-appoġġ tul dan il-vjaġġ sabiħ! Qlubna qed ifuru bl-imħabba u l-gratitudni hekk kif napprezzaw kull mument mat-tarbija ċkejkna tagħna! Miraklu veru!”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom vjaġġ mill-isbaħ bħala ġenituri. Vjaġġ interessanti mimli emozzjonijiet u esperjenzi ġodda! Awguri!
Facebook / Lyndsay Pace