Aġġornament Dwar L-Avviż Biex Ma Tgħumx F'Din Iż-Żona F'San Ġiljan

B’referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR231250, datata 19/08/2023, u skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm fis-sit indikat hija mill-ġdid tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż biex ma jsirx għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.

Kodiċi tas-sit B08
Lokalità Il-Bajja tal-Balluta San Ġiljan

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-08:00 ta’ filgħodu sas-14:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq wrau.ehd@gov.mt.

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.



gh





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI