"Ħabib U Kollega Li Dejjem Emmen Fija" – Carlos Farrugia B'Ringrazzjament Għal Mario Micallef

L-attur Carlos Farrugia xerred fuq il-profil tiegħu memorja mill-arkivji flimkien ma’ Mario Micallef. 

Miegħu ħadem kemm-il darba speċjalment fit-teatru fuq il-palk, u mingħandu żgur li tgħallem ħafna. Waqt li xerred din il-memorja ħa ħsieb jirringrazzjah ta’ kollox. “Memorja sabiħa ma’ ħabib u kollega li dejjem emmen fija! Fuq il-palk tat-teatru Nazzjonali. Grazzi Mario, saħħa u sliem ħabib”. 

Il-memorji li xerred kien propju waqt dress rehearsal li kellhom 7 snin ilu għall-produzzjoni Meta Morna Tal-Mellieħa – oriġinarjament ta’ Francis Ebejer.

Żgur li nistgħu nqisu dawn iż-żewġ atturi bħala leġġendi u hi xi ħaġa sabiħa li tara din l-armonija bejniethom!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI