“Ħadt It-Tilqima… Nippreferi Ġurnata Skumdità Milli Nispiċċa Fit-Tebut” – Għalliem

Fuq il-midja soċjali, għalliem bl-isem ta’ Christopher Bonnici żvela li ħa l-vaċċin. Minkejja li ħass xi effetti f’saħħtu, hu kellu messaġġ xi jgħaddi. 

“Ilbieraħ kelli l-opportunità li nieħu l-ewwel doża tat-tilqima AstraZeneca bhala edukatur. Għalkemm tellgħetli ħarira deni u uġigħ fil-ġogi, inħeġġeġ lil kulħadd sabiex ma jibżax jieħu t-tilqima meta jiġi mistieden għaliha… nippreferi ġurnata skumdita’ d-dar u nista’ nkompli bir-rutina ta’ ħajti, milli nispiċċa fit-tebut,” qal hu. 





L-għalliem kompla billi qal: “Bħal dejjem, l-akbar tislima u l-akbar uġigħ imur għal min tilef lil xi ħadd jew ħakmitu din il-marda… u ma rridx ninsa lil dawk it-tobba u paramediċi kollha li qed jagħmlu xogħolhom b’tant reqqa u metikolożità minkejja li jesponu ruħhom għal ħafna mard kontinwu.”

Int taqbel ma’ dan l-għalliem u se teħodha l-vaċċin? Iktbilna fil-kummenti. 

Facebook/Malta, News, Photos and People



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI