Ħafna Jibżgħu Jgħaddu Minn Din Il-Parti F'Tal-Qroqq U L-Kundizzjoni Tagħha Ma Għenitx. Ara Issa Jirnexxielekx Tagħrafha!

Ħafna jafu parti f’Tal-Qroqq bħala parti tal-biża’ u li qas jekk tħallashom l-eluf ma jaslu jgħaddu minnha. Speċjalment fid-dlam!

Il-kundizzjoni tagħha ma tgħin xejn ukoll, iżda milli jidher l-affarijiet inbiddlu ferm. Is-subway f’Tal-Qroqq għaddiet minn renovazzjoni ta’ vera. Dan tħabbar fuq il-paġna Transport Malta flimkien ma’ diversi ritratti li ttieħdu. “Is-subway ta’ Tal-Qroqq qrib l-Università ġie renovat b’żebgħa, tikħil, poġġamani u dwal ġodda. Inħeġġu l-użu ta’ din il-konnessjoni sikura taħt roundabout bieżla.”







Int tbeżżek il-famuża subway f’Tal-Qroqq? Ġieli tgħaddi minnha?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI