Tlett ijiem sħana liema bħala, hekk qed jiġi previst skont il-paġna ta' Facebook, The Weather Page. Għada u s-Sibt, it-temperaturi mistennija li jilħqu 42°C. Għal dawk kollha li jħobbu s-Sajf għandhom iċ-ċans tal-ġenn li jgawdu, joqgħodu jilgħaqdu x-xemx u jiffriskaw fil-baħar xħin jibdew iħossuha taħraq.
Dawk li mill-banda l-oħra, is-sħana tagħmel ħafna bihom jinħbew ġewwa quddiem xi fan idur u aircondition jiffriża l-kamra u Alla ħares min jiftaħ il-bieb u jdaħħal miegħu xi ftit sħana milli hemm barra! Tajjeb ifakkar li dawk li ħa joħorġu biex japplikaw il-krema neċċessarja kif ukoll jixorbu ta' spiss.
Kultant anqas biss nagħtu kas il-perikolu li tista' tikkawża x-xemx u sħana, tajjeb li għal saħħitna nieħdu kull prekwazzjoni possibli. Sabiħ li wieħed igawdi, speċjalment jekk dan hu t-temp favorit ta' dak li jkun, imma s-saħħa ħafna isbaħ u wieħed għandu jagħmel minn kollox sabiex jieħu ħsieb saħtu!
Facebook / The Weather Page Malta