Jidher li l-gżejjer Maltin se jduqu t-temp tar-Rebbiegħa minn xahar qabel! Skont ir-rapport tat-temp fuq il-paġna ta’ Malta Weather, it-temperatura se tkun aktar sħuna mis-soltu.
Fuq il-paġna ġie miktub li “T-temperatura f’Malta u Għawdex mistennija tibqa’ iktar sħuna mis-soltu kuljum għal minn tal-inqas ĠIMGĦA hekk kif riħ moderat għal qawwija min-Nofsinhar jonfoħ fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.”
Il-fiduċja f’din il-previżjoni hija dik ta’ 75% (għolja). Din hija aħbar tajba jew ħażina għalik? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Malta Weather