“Il-Bżulija U L-Impenn Huma L-Fatturi Ewlenin Tal-Ħidma Tagħna Bħala Poplu” – James Aaron Ellul

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-preżentatur James Aaron Ellul qasam messaġġ tal-okkażjoni proprju f’Jum il-Ħaddiem.

Hu qal, “Il-bżulija u l-impenn. Kburi tal-valuri li welled missieri fija. Il-ħanut tal-fajjenza ta’ “Ellul tal-Furjana”, fost il-ħafna tifkiriet, din hija t-tifsira li ntih.”

Żied, “Il-bżulija u l-impenn ta’ ommi, li qatt ma tħallset, imma l-ħidma tagħha kienet sfieqa mhux ftit għall-familja tagħna. Il-bżulija u l-impenn huma l-fatturi ewlenin tal-ħidma tagħna bħala poplu. Awguri lill-ħaddiema kollha!”







Ritratti:

James Aaron Ellul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI