Father Martin Micallef,, il-qassis li huwa inkarigat mid-Dar tal-Providenza,kien mistieden fuq il-programm ta’ Bundy Time fejn jaqsam mal-udjenza ċajta ħelwa dwar iż-żminijiet tal-Ġimgħa l-Kbira.
“Sallbu lil Ġesu mhux nhar il-ġimgħa fil-Ġimgħa l-Kbira. U l-ħalliel it-tajjeb kienu ħa jsallbuh u s-suldat qallu trid tgħid xi ħaġa qabel insallbuk? Għandek xi xewqa? Qallu ressaqni naqra lejn Ġesu. U s-suldat qallu għalfejn hi? Qallu biex ‘il quddiem iġibuni fis-santa!”
Ċajta gustuża bħal din tmiss il-qalb, mhux biss għax tpoġġi tbissima fuq il-fomm imma wkoll għat-tifsira li hemm taħtha – ħlewwa spiritwali b’żieda ta’ togħma umoristika.
Grazzi lil Father Martin Micallef li qasam din iċ-ċajta magħna u talli daħħaktna ftit.
Ritratti: Facebook page / Bundy Time, Father Martin Micallef