B’30 ħanut miftuħin 24/7, il-fundatur ta’ daves, David Grech, ra opportunità biex iwessa’ l-istess konvenjenza tas-servizz 24/7 lil hinn mill-bibien tal-ħwienet, u joħloq app imfassla biex tadatta għall-ħtiġijiet tan-nies, kemm jekk qegħdin id-dar, fl-uffiċċju. Servizz li jgħinhom fl-iskedi impenjattivi tagħhom.
“Il-klijenti tagħna spiss ikollhom ftit ħin disponibbli. Diġà kellna ħwienet miftuħin 24/7, għalhekk rajna opportunità biex nużaw dan in-netwerk u nagħmlu x-xiri ta’ kuljum aktar faċli, speċjalment meta ma jkunx possibbli li tmur tixtri fiżikament mill-ħanut,” jgħid Grech.
Il-mudell huwa bbażat fil-biċċa l-kbira tiegħu fuq il-prossimità. L-ordnijiet jinġabru u jiġu ppakkjati mit-30 ħanut ta’ Daves, bil-kumpanija timmira li jkollha ħanut f’distanza ta’ 10 minuti mill-klijenti fiż-żoni l-aktar popolati ta’ Malta.

Barra minn hekk, b’erba’ ħwienet oħra ppjanati sal-aħħar tas-sena, dan in-netwerk jippermetti lil Daves iwassal l-ordnijiet fi żmien siegħa, filwaqt li joffri wkoll il-possibbiltà li l-klijenti jiskedaw il-kunsinna għal ħin konvenjenti għalihom.
Grech jgħid li l-iżvilupp tal-app iffoka wkoll fuq dawk id-dettalji żgħar li jistgħu jagħmlu x-xiri tal-merċa online esperjenza kemxejn kumplikata.
Pereżempju, jekk prodott jispiċċa mill-istokk bejn il-ħin li ssir l-ordni u dak li tinġabar, il-klijent jirċievi ritratt ta’ prodott alternattiv issuġġerit permezz tal-app, minflok telefonata.
“Nifhmu li n-nies mhux bilfors jistgħu jieqfu minn dak li jkunu qed jagħmlu biex jiddiskutu prodott alternattiv. Notifika tippermetti lil xi ħadd japprova alternattiva waqt li jkun f’laqgħa jew miexi minn post għal ieħor. U f’suq multilingwi, il-fatt li jintwera ritratt tal-prodott jelimina l-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ ftehim.”
Wara l-kwinti, l-istess attenzjoni għad-dettall tidher f’kull stadju tal-proċess. L-impjegati jużaw apparat li jinżamm fl-idejn biex jidentifikaw il-prodotti permezz tal-barcode jew tar-ritratt tagħhom, filwaqt li l-prodotti mkessħin u ffriżati jiġu ppakkjati f’boroż termiċi mingħajr ebda spiża addizzjonali. Il-prodotti tal-ħalib jinżammu separati mill-oġġetti tad-dar.

Waħda mill-akbar vantaġġi ta’ din l-app hija li m’hemmx ammont minimu ta’ xiri. Barra minn hekk, il-klijenti jistgħu jużaw l-istess programm ta’ lealtà kemm fil-ħwienet kif ukoll permezz tal-app, kif ukoll jagħżlu huma stess il-ħin tal-kunsinna l-iżjed konvenjenti.
L-app tagħti wkoll importanza kbira lis-servizz tal-klijenti, billi toffri rispons awtomatizzat fuq WhatsApp u eventwalment tikkomunika magħhom persuna meta jkun meħtieġ.
Skont Grech, l-ambizzjoni hi waħda sempliċi: “In-nies jagħtu valur lill-ħin tagħhom u l-għan tagħna huwa li nagħmlu x-xiri parti mill-ġurnata tagħhom, u mhux viċi versa, kemm jekk dan ifisser li jżuru ħanut kif ukoll jekk jippreferu li l-prodotti tal-merċa jitwasslulhom id-dar.”