“Ħalbiet Iżolati Tax-Xita… Hemm Ċans Li Se Jiksaħ Sew” – Se Jerġa' Jinbidel It-Temp!

Hekk kif qed ingawdu minn weekend b’temperaturi għoljin, jidher li dan it-temp ma tantx se jdum magħna.

Skont ir-rapport tat-temp fuq Malta Weather, “Ħalbiet iżolati tax-xita u temperaturi iktar friski mistennija għal darb’oħra min-nhar it-Tnejn li ġej hekk kif firxa ta’ pressjoni baxxa fuq l-Afrika ta’ Fuq tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.”





Apparti minn hekk, il-paġna żvelat ukoll li “jidher li hemm ċans li se jiksaħ sew f’Malta u Għawdex fin-tieni nofs ta’ dan ix-xahar hekk kif arja kiesħa ħafna tidħol fiċ-ċentru tal-Mediterran.”



Int x’tippreferi, temperaturi għoljin jew il-kesħa? Iktbilna fil-kummenti. 

Facebook/Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI