Il-Viċi Sindku tal-Belt Valletta sellem lil waħda mir-residenti tal-Belt Valletta. Hu kiteb, "Ħallietna Censina Zammit, mara ta' ftit diskors li ma tgħollix rasha 'l fuq. Mara li dejjem bi tbissima imma fejn ikollha tiġbidlek l-attenzjoni ma tiddejaq xejn."
Hu jkompli jikteb, "Nafha sew dejjem sejra il-knisja titlob għal ġid tad-dinja. Insellimlek Censina u sellilna għal dawk il-Beltin li telqu qablek. Kondoljanzi lill-familja tagħha."
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb ta' Ċensina li żgur se jħossu n-nuqqas tagħha issa li għaddiet għall-ħajja ta' dejjem. Żgur li se tkun qed iżomm ħaristha fuq l-għeżież tagħha.
Kuraġġ!