Ilbieraħ filgħaxija bħala parti minn SummerLust – Għaxaq Music Events, ġew il-grupp taż-żmien 80, Alphaville. Huma kantaw diversi kanzunetti popolari bħal dik l-iktar ikonika tagħhom, ‘Forever Young’.
Il-grupp Alphaville ġew minflok il-kantanta Bonnie Tyler, hekk kif sfortunatament ftit tal-ġimgħat ilu, kellha problemi serji tas-saħħa u kellha tikkanċella.
Il-ġimgħa l-oħra tat prestazzjoni memorabbli l-kantanta Kim Wilde ukoll f’dan il-festival, fejn l-atmosfera kienet waħda inkredibbli.