“Ammont Ta’ Qtates Qed Jinstabu Mejtin Fl-Istess Inħawi Fil-Gudja… Ma Nistgħux Nibqgħu Kwieti!” – Second Chance

L-għaqda volontarja Second Chance li bil-ħidma tagħha taspira li tagħti ħajja ġdida lil diversi qtates abbandunati esprimiet ir-rabja tagħha wara li matul dawn l-aħħar ġranet instabu għadd ta’ qtates bla ħajja fl-istess żona partikolari ġewwa l-Gudja.

Fuq il-paġna soċjali tagħha l-għaqda sostniet li issa ntilef kull kontroll fuq din is-sitwazzjoni u appellat sabiex isir kull sforz ħalli titqajjem kuxjenza dwar dan il-qtil.

Saħqet li l-moħħ wara dawn l-atti brutali jeħtieġ li jaffaċja l-ġustizzja u sostniet li sabiex dan iseħħ jeħtieġ li titqajjem l-istess kuxjenza fuq il-midja soċjali li tqajjmet ftit xhur ilu meta bdew joħorġu fil-beraħ il-każi ta’ qtil tal-qtates f’Tas-Sliema.







Ritratti:

Facebook / Second Chance

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI