Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares inkiteb messaġġ bħala turija ta’ apprezzament lejn Antoine Magri, li kontinwament jappoġġja lil din il-komunità li qed tagħmel ħafna ġid – Puttinu Cares. Hu ta’ spiss jipprepara ikliet għall-pazjenti u l-familjari.
Antoine minn Fifteen37 Cafe’ kontinwament juri qalb tajba u ġenerożità ma’ din il-komunità.
Huma jiktbu, “Grazzi kbira lil Antoine Magri minn Fifteen37 Café għad-donazzjoni ġeneruża tiegħu u l-appoġġ kontinwu tiegħu lejn Puttinu Cares, il-familji tagħna, it-tfal u l-istaff tagħna. Anke wara t-telfa tal-anġlu tiegħek Juan, qatt ma waqaft turi qalb tajba u kompassjoni lejn ħaddieħor.”
It-tim ta’ Puttinu jistqarr li tassew huwa ta’ ispirazzjoni kbira għalihom. Jagħlqu billi jgħaddu xewqat sbieħ lill-familja kollha tiegħu.
Ammirevoli immens!
Facebook/ Puttinu Cares