Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Gozo Graphics sellmu l-mewt ta’ Andrew Grech li ħalliena riċentament.
Bdew billi qalu, “B’sogħba kbira inħabbru l-mewt ta’ Andrew, il-missier għażiż tad-Direttur tagħna, Johnaton, u l-pedament li fuqu nbniet Gozo Graphics. Sa mill-bidu nett, kienu tiegħu l-idejn li bnew l-ewwel frejms tagħna u l-ispirtu li mexxa u ispirana fix-xogħol tagħna.”
Żiedu, “Filwaqt li l-familja ta’ Gozo Graphics qed tgħaddi minn dan it-telfa iebsa, nixtiequ nassiguraw lill-klijenti tagħna li l-ħidma tagħna se tkompli b’mod regolari. It-tim dedikat tagħna qed jieħu ħsieb il-ħidma u l-proġetti kollha, waqt li Johnaton qed jieħu ż-żmien meħtieġ biex ikun mal-familja tiegħu.”
Jistrieh fis-sliem.