“Sitt Snin Ilu Wegħedt Lil Dawk Li Jsegwuni, Jappoġġjawni U Jgawdu L-Mużika Tiegħi Li Kont Qed Naħdem Fuq Album” – Kurt Calleja

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Kurt Calleja tkellem dwar album li qed jaħdem fuqu.

Beda billi qal, “Sitt snin ilu wegħedt lil dawk li jsegwuni, jappoġġjawni u jgawdu l-mużika tiegħi li kont qed naħdem fuq album. Il-ħajja u elf skuża oħra ħadu kontroll, iżda issa wasal iż-żmien.”

Kompla billi żied jgħid, “Kollox jiġri għal xi raġuni, u kuntent li ma ħriġtux qabel, għax kelli ċ-ċans nikber u naqsam magħkom verżjoni aktar matura, jew kważi, u aktar verżjoni irfinata ta’ ħajti u l-esperjenzi tiegħi fil-forma tal-mużika u tal-kanzunetta. Nittama li jogħġobkom dak li għandi preparat għalikom!”







Ritratti:

Facebook/Kurt Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI