Anna Bonanno kienet u għadha wiċċ maħbub ħafna mat-telespettaturi lokali! Magħrufa l-aktar għall-ġurnaliżmu u l-qari tal-aħbarijiet u fil-ġranet li ġejjin, Anna ħa tirritorna fuq l-iskrins tagħkom tagħmel proprju dan.
It-tim ta’ Rewind Productions stieden lil Anna biex tkun parti mis-sensiela tagħhom Ġieħ l-Imħabba, fejn Anna jidher li ħa tkun qed twassal xi aħbarijiet relatati mas-serje televiżiva. Chris Bajada, wieħed mill-membri tat-tim qal, “Meta kont żgħir il-ġenituri tiegħi kienu jsikktuni biex jisimgħuk… Illum il-ġurnata ninsab onarat li kelli x-xorti niltaqa’ miegħek u niffilmjaw żewġ xeni ta’ F’Ġieħ L-Imħabba. Ġeddidt l-memorji tiegħi u tat-telespettaturi nismgħuk taqra l-aħbarijiet… Proset u Grazzi Anna Bonanno.”
Żgur li hawn ħafna ħerqana biex mill-ġdid jisimgħu lil Anna taqra l-aħbarijiet, iżda għala hemm bżonn il-qari tal-aħbarijiet waqt is-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba? Niskopru dalwaqt…
Facebook / X’Sar Minnhom?