Anzjana Ta' 116-il Sena Li Ġiet Infettata Bil-Covid-19 Fieqet Wara Kważi Xahar Minn Meta Irriżultat Pożittiva

Soru anzjana minn Franza ta’ 116 sena, dalwaqt 117, kienet irriżultat pożittiv għall-Covid-19 f’nofs Jannar ta’ din is-sena. Hi fieqet wara kważi xahar minn dakinhar li rriżultat pożittiv.

Il-midja u r-riċerka li saret ħabbru li din is-soru hi t-tieni l-akbar anzjana li fieqet minn dan il-virus. Fuq is-sit Bloomberg, minn fejn xerrdu r-ritratt tagħha wkoll, jgħidu li s-soru tinsab ħerqana biex tiċċelebra għeluq sninha nhar il-Ħamis li ġej tant kemm iħossha tajba!

Fil-fatt din is-soru anzjana kienet waħda min dawk infettati li meta ħadet il-virus, ma kellha l-ebda sintomi. “L-anqas biss kont indunajt li kelli l-Covid-19”. L-anzjana qalet dan lis-sit Bloomberg hekk kif tkellmu magħha wara l-irkupru li kellha.





Aktar informazzjoni HAWN

Gerard Julien/AFP/Getty Images



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI