Il-ferħ, l-innoċenza u s-solidarjetà ngħaqdu flimkien fir-residenza Little Sisters of the Poor fil-Ħamrun ftit jiem ilu, fejn attendew tfal lebsin ta’ Santa Rita, San Mikiel, Anġli, u ta' San Ġwanni Pawlu II.
Fr. Franco, il-kappillan tal-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun qaddes quddiesa fejn it-tfal tkellmu fuq il-qaddis li kienu lebsin.
Wara ingħataw labtu tal-Madonna. Wara l-quddiesa, l-anzjani nġabru fil-kamra tal-ikel fejn kellhom programm ta’ kant minn Ellie u Julia u 3 sketches umoristiċi minn Makarti Theatrical Company taħt id-direzzjoni ta’ Justin Farrugia.
L-Għaqda Mużikali tirringrazzja lil kull min attenda għal din l-attività u tawgura lill-anzjani aktar saħħa u paċi fi Kristu Ġesù.
