Is-sit 'Maltese Islands Weather' għadu kif ħareġ twissija ta' riħ qawwi għal matul il-ġurnata tal-lum. Ir-riħ jidher li se jkun qed jilħaq fiż-żgur il-qawwa ta' forza 7, iżda s-sit semma wkoll li teżisti l-possibbiltà li fis-sigħat li ġejjin, f'ċerti nħawi fejn jaqbel, ir-riħ jinħass saħansitra daqs forza 8.
Sadanittant, l-Uffiċju Meteroloġiku ta' Malta wkoll ħareġ twissija ta' riħ qawwi dalgħodu u qed ibassar li matul il-ġurnata iżjed ħalbiet tax-xita se jolqtu lil pajjiżna. L-istess tbassir tat-temp qed jantiċipa kundizzjonijiet simili għall-kumplament tal-ġimgħa, hekk kif filwaqt li r-riħ mistenni jikkalma minn għada, ix-xita jidher li se tkun qiegħda tippersisti.
L-għodwa tat-Tnejn sebħet b'xi ħalbiet ħfief tax-xita u bir-riħ donnu diġà beda jitqawwa xi ftit.

Pexels u Cristian Tonna