“Niftakruk Ta’ Sentejn Dieħel Il-Ward…” – Puttinu Jawgura Lil Miguel Li Llum Jagħlaq 20 Sena

Dalgħodu, fuq il-midja soċjali, Puttinu Cares awgura l-isbaħ xewqat f'għeluq l-20 sena tiegħu lil Miguel; żagħżugħ b'imħabba kbira lejn l-isport tal-boxing li sfortunatament dan l-aħħar tilef id-dawl t'għajnejh minħabba l-kanċer.

Puttinu Cares faħħar ir-reżiljenza u d-determinazzjoni ta' dan iż-żagħżugħ hekk kif irrimarka li minkejja l-isfidi u t-tbatija li kellu jiffaċja matul ħajtu, hu baqa' dejjem pożittiv bi tbissima fuq fommu.

Xi ġimgħat ilu, Miguel kien ukoll ingħata sorpriża mill-isbaħ mingħand il-personalità lokali The Briefcase Man meta bis-saħħa tiegħu kellu l-opportunità li jiltaqa' ma' Eddie Hall li hu meqjus bħala wieħed mill-ġganti fid-dinja tal-boxing.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu lil Miguel.

Ritratt:

Facebook / Puttinu Cares u Instagram / The Briefcase Man

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI