Il-koppja Kirsten u Karl, li għadhom kif iżżewġu kellhom page boy li rari naraw bħalu! Il-miżżewġin irnexxielhom ikollhom il-kelb tagħhom bħala page boy! Xi ħlew hux?
Dan il-kelb huwa ta’ razza labrador u jidher li huwa bravu mhux ħażin. Fit-tieġ il-kelb ġie mlibbes ilbies bħalma kieku jitlibbes tifel żgħir; bil-qmis, iċ-ċoff u s-sidrija! Waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ, dan il-kelb qagħad ħdejn il-koppja kwiet. Mid-dehra huwa mdorri fil-pubbliku! Anke r-ritratti jidhru li huma ħbieb tiegħu wkoll!
Gwida.mt tixtieq tawgura lil din il-koppja li għadha kif iżżewġet. Apparti minn hekk, nixtiequ ngħidulha prosit ta’ dan il-ġest għax b’hekk il-kelb, li hu parti mill-familja wkoll, kien preżenti f’din il-ġurnata tant speċjali.
Facebook /Matthew Cutajar