Kulħadd iħobb jiffranka l-ħin mit-tindif u jqatta’ aktar ħin mal-maħbubin tiegħu. Iżda din il-mara ma ħasbithiex hekk meta rat x’kien xtralha r-raġel b’sorpriża. Fis-suq għadu kemm inħareġ prodott li tista’ tgħid ħa jagħmel il-ħajja tiegħek u tal-maħbubin tiegħek aktar u aktar faċli. Barra minn hekk, grazzi għal dan il-prodott ħa jkollkom ċans li tgawdu lill-familja u l-ħbieb tagħkom ftit aktar. Ir-raġel ħaseb li tkun idea tajba li jagħti sorpriża lill-maħbuba tiegħu.
Il-Vileda qed isejħu dan il-prodott il-ħabib il-ġdid tiegħek u ngħiduha kif inhi, kif ħa taraw il-filmat u aktar ma taqraw fuq dan il-prodott ħa tindunaw kemm verament għandhom raġun! Il-mara għalkemm ma kinitx konvinta, kif bdiet tuża l-prodott ma riedet tbiddlu ma’ xejn. Għala probabbli qed tistaqsi? Il-JetClean 3in1 għandu diversi funzjonijiet li jgħinuk sabiex: tiffranka l-ħin, taqla’ ħmieġ li normalment ma jkun daqstant faċli li tneħħih u jissepara wkoll il-ħmieġ mill-ilma. Barra minn dan kollu, hu tassew effiċenti u konvenjenti u l-art tkun niexfa fi ftit sekondi.
Biex tibda tuża l-JetClean 3in1, kull m’għandek bżonn huwa ftit ilma tal-vit. Daqshekk sempliċi imbagħad tista’ ssegwi l-istruzzjonijiet li hawn fil-filmat! Jekk tixtieq ma’ dak l-ilma tista’ wkoll iżżid xi ftit qtar ta’ deterġent għat-tindif tal-art, importanti li ma jagħmilx ragħwa. Kun żgur li ma tużax wisq deterġent għax dan jibni wisq fowm u jħalli xi marki warajh waqt li qed tnaddaf.
Ikun tajjeb li tieħu l-parir tal-esperti li jgħidulek sabiex taħdem f’linji. Biex tnaddaf kulma trid tagħmel hu li ċċaqlaq il-JetClean Wet and Dry Cleaner, tagħfas il-wiper tal-ġbid ‘il quddiem fuq dik il-linja tneħħi l-ħmieġ u t-trab mill-art u timsaħ fl-istess ħin. Imbagħad, tiġbed il-JetClean lejk biex tiġbed l-ilma u tnixxef l-art. Tajjeb komdu mmens hu li l-JetClean tiġi bi tray li jiffrankalek li int trid toqgħod tnaddafha. Kulma ma trid tagħem tpoġġi ftit ilma f’dan it-tray, tixgħalha u tagħmel kollox weħidha! Kull ħmieġ li jinzerta jinqabad fis-sistema jiġi mnaddaf fi ftit ħin mingħajr int ma tkun għamilt xejn.
Eh bilħaqq jekk tixtruha, il-Vileda anke jwassluha sa darkom, b’xejn! Idħlu HAWN għal aktar dettalji u tinsewx issegwu l-filmat mill-ġdid.