Kieku kulħadd jiġbor imqar oġġett wieħed, kieku qed ngħixu f’ambjent ħafna ħafna isbaħ! Għalkemm l-adulti dejjem jgħallmu lit-tfal, donnu d-dinja qed tinqaleb ta’ taħt fuq u t-tfal qed juru b’mod ċar u prattiku ta’ x’wieħed għandu jagħmel.
Dawn it-tlett it-tfal huma eżempju ċar għalina lkoll! Antoine u Kurtney, kull darba li jmorru l-baħar jagħmlu sforz u jipprovaw inadfu kemm jistgħu l-baħar, permezz ta’ kopp. Ħaġa tal-iskantament, l-imbarazz li jsibu, li jtellgħu mill-ibħra tagħna. Wieħed jgħid imma possibli hawn min għadu daqshekk injorant li jħammeġ l-ambjent tiegħu stess!
Antoine u Kurtney mhumiex l-uniċi tnejn li qed jagħtu daqqa t’id lil ambjent. Iċ-ċkejken Archie ta’ ħames snin ukoll qed jagħmel ħiltu kollha biex jgħin fit-tindif ta’ dan il-pajjiż. L-għaxqa ta’ Archie hi li jissepara l-iskart u l-mument favorit tal-ġurnata tiegħu hu meta jara t-trakkijiet jiġu jiġbru l-iskart, għax jaf li dak l-iskart ħa jiġi riċiklat.

Barra minn hekk, dan l-aħħar Archie ħareġ jagħti ftit ilma kiesaħ lil ħaddiema li qed jagħmlu dan ix-xogħol! Xi ħlew! Għandna nkunu ferm kburin, li dawn it-tfal diġà qed iħaddnu valuri tant b’saħħithom. Ejja nitgħallmu daqsxejn mingħandhom u nixmu fuq l-eżempju tagħhom.
Naħseb ikun aħjar għalina lkoll u żgur li aħjar għal ambjent ta' madwarna. Ftakru f'xummiemu! Żgur li jkun ferm kburi bl-inizjattivi tagħhom!
Instagram / grupopacoreciclagem
Facebook / Are You Being Served? & Cami Appelgren