Is-sajf magħna u kulħadd jibda jkun konxju ta’ kif jidher. Għalhekk hawn min jibda jiekol daqsxejn iżjed ikel sustanzjuż u forsi jagħmel xi naqra iktar eżerċizzju. Hawnhekk għandek għaxar ideat ta’ x’tista’ tnaqqar matul il-ġurnata. Apparti li dawn l-ideat fihom madwar 200 kalorija, huma sustanzjużi wkoll!
1. Tuffieħa u Magħrfa Peanut Butter
Barra li fih madwar 200 kalorija, huwa mimli bil-proteini u l-fibra. Apparti hekk, it-tuffieħa nnifisha fiha diversi vitamini u minerali, filwaqt li l-peanut butter, minħabba l-proteini li fih jgħinek biex tħossok mimlija.
View this post on Instagram
2. Biċċiet tal-Karrotti Bi Ftit Dipp
Il-karotti fihom ħafna vitamini, fosthom il-vitamina A! Jekk tbill il-karotti, nejjin jew misjurin ġo dipp li tkun għamiltu inti, se tkun qed tnaqqar xi ħaġa tajba, sustanzjuża u bi ftit kaloriji!
View this post on Instagram
3. Lewż
Il-lewż, barra li huwa sustanzjuż, huwa prattiku ħafna biex iġġorru miegħek. Barra minn hekk, fih ħafna proteini.
View this post on Instagram
4. Yoghurt bil-Frawli
Il-Yoghurt huwa ikla żgħira prattika ħafna għal min ikun mgħaġġel. Dan nistgħu nżiduh b’xi tip ta’ frott, fosthom il-frawli, li fiha ħafna vitamini u ftit kaloriji! Però importanti naraw liema yoghurts inkunu qed nixtru. Huwa rikomandat li nixtru dawk li għandhom l-inqas zokkor.
View this post on Instagram
5. Biċċa Ħobż Mixwija Bir-Rikotta
Il-Maltin iħobbuh mhux ftit il-ħobż! U biex tiekol ikel sustanzjuż tista’ tiekol xi naqra ħobż ukoll! Biċċa ħobż mixwija b’naqra rikotta fuqha fiha madwar 200 kalorija biss!
View this post on Instagram
6. Frott Magħsur
Bħalissa fis-sħana dan perfett! Frisk u sustanzjuż! Itfa’ ftit frott, għasru u barra bid-daqq!
View this post on Instagram
7. Żewġ Bajdiet
Tista’ tgħallihom jew tagħmilhom ġo froġa b’xi naqra ħaxix! Fi ftit minuti jkollok ikla ċkejkna lesta, tajba, bnina u bi ftit kaloriji!
View this post on Instagram
8. Pizza Ċkejkna
Fuq biċċa ħobż samra, itfa’ naqra tadam u naqra ġobon u ħallih jinħall. Imbagħad għidli x’inti tiekol!
View this post on Instagram
9. Insalata Friska
Qatta’ ftit ħaxix, pereżempju ħass, tadam, karotti, ħjar u bżar tal-kulur. Imbagħad żid miegħu xi biċċa tiġieġa mixwija jew xi bott ton taż-żejt.
View this post on Instagram
10. Frott
Qatta’ porzjon ta’ frott ġo skutella, li bħalissa żġur jinżillek għasel, speċjalment jekk il-frott ikun kiesaħ! Barra minn hekk din l-ikla żgħira, hija prattika biex iġġorrha miegħek.
View this post on Instagram
Nispera li dawn l-ideat kienu ta’ għajnuna! Huwa importanti li nagħmlu ħilitna biex ngħixu ħajja sana għax għandna ġisem wieħed biss u rridu nieħdu ħsiebu! Issa li ġej is-sajf nibdew naraw ħafna ritratti ta’ nies ħdejn il-baħar. Però dejjem żommu f’raskom li d-dehra mhijiex kollox. Kif tidher mhuwiex dak li jagħmlek inti!
@nutritionchimp