Żaren Tal-Ajkla Jsib L-Imħabba Fuq Il-Programm Koppja Doppja!

Bil-beritta ikonika tiegħu bil-kelma KING, Nazzareno Bonnici, magħruf aħjar bħala Żaren tal-Ajkla, deher li sab l-imħabba ma’ Judy fl-episodju tal-bieraħ ta’ Koppja Doppja.





Dan il-programm ta’ dating jagħti ċ-ċans lil diversi persuni single t-tama li jsibu konnessjoni ġdida. Wieħed mill-aktar karattri prominenti tal-episodju ta’ lbieraħ kien proprju Żaren, kandidat politiku lokali li sar parti essenzjali mill-avvenimenti relatati mal-elezzjonijiet f’Malta.

Jidher li hu u Judy ingwalawha tassew tajjeb, b’ritratt maqsum fuq il-paġna uffiċjali ta’ TVM li juri lil Żaren bi tbissima daqs dinja fuq fommu.

Nawgurawlkom ix-xorti tajba!

Facebook / Micallef Joe Travel



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI