Armando u Arezia, it-tnejn li huma daħlu bħala parti mill-esperjenza ta’ Casa Amour iżda l-avventura tagħhom kienet waħda qasira minħabba li ma rnexxielhomx isibu konnessjoni u spiċċaw tilfu ċ-ċans tagħhom li jibqgħu fil-villa ta’ Love Island Malta.
Minkejja li t-tnejn provaw jibnu xi tip ta’ konnessjoni, jidher li d-destin tagħhom fil-villa ma daħkilhomx. Wara li Diane għażlet lil AJ u Jean għażel lil Nazan, kien fadal Gabriel, Armando, Carmen u Arezia li ma kinux f’koppja.
Il-parteċipanti nisa kellhom iċ-ċans li jagħżlu li jsalvaw parteċipant mill-irġiel u l-għażla, kif mistenni, waqgħet fuq Gabriel. Filwaqt li l-parteċipanti rġiel kellhom iċ-ċans li jsalvaw mara waħda u l-għażla tagħhom waqgħet fuq Carmen.
B’hekk Carmen u Gabriel ingħataw iċ-ċans li jibqgħu fil-villa, filwaqt li Armando u Arezia ġew eliminati minnufih. Qbilt ma’ din id-deċiżjoni?
Facebook / Love Island Malta