Armar Tal-Festa Fil-Marsa Jitwaqqa' Bir-Riħ!

Wara sentejn ta’stennija se jirritornaw lura l-festi Maltin fit-toroq tagħna iżda bħalissa milli jidher se jkun qed jiżdied ir-riħ u naturalment din l-aħbar mhix aħbar sabiħa speċjalment għal dawk li għandhom għal qalbhom l-armar fit-toroq. Infatti, ftit tal-ħin ilhu xi armar tal-festa fil-Marsa spiċċa biex twaqqa’ bir-riħ.

Ritratt ixxerjat mill-paġna ta’ Facebook Malta, News, Photos and People juri xi armar tal-festa fil-marsa mal-art kawża tar-riħ li hawn bħalissa.

Skont rapporti tat-temp, ir-riħ għandu jibqa’ magħna sa għada s-sibt ħdax ta’ Ġunju, u b’hekk tajjeb li wieħed joqgħod ftit attent, speċjalment dawk li qed jarmaw għall-festa. Naturalment tajjeb li kulħadd joqgħod attent speċjalment jekk ikun ser jgħaddi minn fejn l-armar li faċilment jista’ jitwaqqa’ bir-riħ!

Nittamaw li ma jsirux aktar ħsarat u naturalment ma jweġġa’ ħadd!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI