Chris, fuq il-paġna tiegħu ‘The Life of Papa Chris’ ippubblika filmat gustuż mat-tfal tiegħu fejn spjega kif qed iqattgħu din il-festa pubblika. Inzertat ġurnata sabiħa u xemxija, għalhekk xtaqu joħorġu xi ftit.
Hu qal, “Hello lil kulħadd. Illum veru ġurnata sabiħa. Għalkemm hawn naqra riħ, iżda x-xemx sabiħa, u għalhekk aħna ddeċidejna li mmorru nimxu. Qed nagħmlu speċi ta’ hike, imbagħad, kif nagħmlu l-mixja tagħna, ħa mmorru naqra sal-Buskett u nagħmlu piknik hemmhekk. Se nieklu xi ħaġa hemmhekk u nqattgħu ftit ħin flimkien. Noqogħdu naqra għall-kwiet.”
Temm kliemu, “Insellmu lil kulħadd, il-festa t-tajba.”
Nisperaw li jkollhom ġurnata mill-isbaħ qalb in-natura fil-paċi! L-imħabba li dan il-missier għandu lejn uliedu hi tassew waħda ġenwina.
Facebook / The Life of Papa Chris