Artist Malti B'Avveniment Ta' Karità – Il-Qligħ Minn Kull Tpinġija Ser Imur Għax-Xelters Tal-Annimali

L-artist Malti, Noel Bonnici Farrugia, ħabbar avveniment ta’ karità b’risq l-annimali abbandunati. Ġentilment għażel ġurnata, ftit jiem qabel il-Milied, fejn il-qligħ li se jkollu dakinhar, ser jinġabar biex jgħin lill-annimali li qed jistennew familja ġdida.

L-avveniment mistenni li jsir fil-21 ta’ Diċembru 2024, fejn seba’ artisti, flimkien ma’ Noel, ser ikunu qed joħolqulek tpinġija, li l-qligħ minn kull waħda jmur għax-xelters tal-annimali. Għal dakinhar ser ikunu qed joffru tpinġijiet żgħar, jew bil-kulur jew b’inka sewda.

Tħallix ħafna żmien jgħaddi biex tibbukkja jekk inti interessat/a! Tista’ tibgħat fuq Instagram lil xi ħadd minn dawn l-artisti:

  • @noelsoptattoo
  • @martingaleatattoo
  • @elisa_tattooart
  • @kelseyborgofficial
  • @vilavoid
  • @denis.d.tattoo
  • @inkedbykyle.02

 Għid b’dan l-avveniment għal ġest nobbli lil dawk li taf i jinteressahom jagħtu sehemhom! Prosit Noel!



NoelArtist





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI