“It-Temp Illum Il-Biċċa L-Kbira Xemxi Bi Ftit Sħab Kultant…” – It-Temp Madwarna Dwar It-Temp Fil-Gżejjer Maltin

Bajja

Jidher li dan l-aħħar it-temp qed ikun wieħed stabbli, hekk kif it-temperaturi jibdew jogħlew xi ftit. “It-temp illum il-biċċa l-kbira xemxi bi ftit sħab kultant,” tħabbar il-paġna It-Temp Madwarna.

Ir-riħ mistenni ħafif (Forza 3) l-aktar min-Nofsinhar. L-ogħla temperatura llum tkun 22°C waqt li l-inqas illejla tinżel 14°C. It-temperatura tinħass 24°C l-iktar, u 13°C l-inqas.

Qasmu ritratt miġbud minn Mario Cucciardi riċentement mill-bajja t’Għajn Tuffieħa fil-limiti tal-Imġarr, li juri l-kundizzjoni tat-temp.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI