“Attakkati Mill-Bagħal Taż-Żunżan! Niggarantilkom Li Kienet Esperjenza Tal-Waħx…” – Mario Pace

Mario Pace jaqsam aċċident ikrah minn fuq il-pjattaforma soċjali tiegħu fejn hu u xi membri tal-familja ġew attakkatti mill-bagħal taż-żunżan.

“Nhar is-Sibt li għadda, jien u l-familja tiegħi ġejna attakkati minn bejta bagħal taż-żunżan. Niggarantilkom li kienet esperjenza tal-waħx li għaliha kellna nirrikorru għall-għajnuna medika. Lili niggżuni fuq il-kappell ta’ għajnejja bir-riżultat li sfigurawli wiċċi bin-nefħa, ħmura u uġigħ. M'ghandix kliem biżżejjed biex nirringrazzja lill-koppja Connie Sammut u George Sammut għall-għajnuna professjonali tagħhom, senza interessi, li b'kapaċità kbira ħelsuna minn din il-bejta li kien fiha madwar 50 bagħal. Nixtieq inwassal dan il-messaġġ tiegħi lill-awtoritajiet. Naf li dan ix-xogħol diġà qiegħed isir mid-dipartiment tal-agrikoltura u minn xi entitajiet privati imma nistgħu insaħħu dan is-servizz? Il-polyclinic qalulna li din is-sena kien hawn hafna każijiet bħal tagħna. Nixtieq li min kellu esperjenza simili jaqsamha magħna halli forsi nsaħħu l-bżonn ta' iktar għajnuna. Fuq kollox, dawn il-hornets qed jagħmlu ħafna ħsara lill-kolonji tan-naħal ukoll. Ringrjazzament.”

Ftit ilu l-espert Arnold Sciberras ukoll ikkummenta li reġa’ hawn żieda fil-popolazzjoni tagħhom u l-pubbliku għandu jkun iktar kawt.

Kellek xi esperjenza simili? Jekk iva tiddejjaq xejn taqsamha magħna!

Facebook / Mario Pace, The Exterminator

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI