L-Air Malta, il-linja tal-ajru nazzjonali tal-gżejjer Maltin, għadha kemm ħarġet twissija dwar scam li bħalissa qed tintbagħat lill-klijenti permezz ta’ email f’isimhom.
Waqt li pprovdiet dettalji dwar l-iscam, il-linja tal-ajru ddikjarat li l-scam li qed tattakka lill-klijenti tagħha m’għandha xejn x’taqsam magħhom.
Irċevejt email suspettuża?
L-iscam għandha forma ta’ stħarriġ dwar il-customer care fejn qed jintalbu dettalji tal-karta ta’ kreditu bi tpattija għal 2,000mil li jiddaħħlu fil-kont tiegħek. Jekk waqajt għaliha, l-Air Malta qed tagħti parir lill-klijenti tagħha biex jikkuntattjaw lill-banek rispettivi tagħhom jekk ikunu taw dettalji bħal dawn, biex ma jħalluhomx jinsterqu.
Il-linja tal-ajru ħarġet ukoll stqarrija li tiddikjara li qatt ma jitolbu dettalji tal-karta tal-kreditu permezz tal-email jew il-midja soċjali, u għalhekk tali talbiet għandhom dejjem jiġu injorati!